Iben L-Eks Mexxej Libjan Gaddafi Se Jikkontesta Għall-President
Iben l-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi, ħa jkun qed jikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet Presidenzjali li ħa jkunu qed iseħħu f’Diċembru li ġej.
Saif al-Islam al-Gaddafi ta’ 49 sena kiteb ismu propju lbieraħ wara li r-reġistrazzjoni fetħet nhar it-Tnejn li għadda.
Il-lista ta’ kandidati s’issa apparti Gaddafi tinkludi l-Kmandant Militari tal-Lvant Khalifa Haftar, lill-Prim Ministru Abdulhamid al-Dbeibah u l-Ispeaker tal-Parlament Aguila Saleh.
Din ħa tkun l-ewwel elezzjoni Presidenzjali fil-pajjiż wara proċess mniedi minn Nazzjonijiet Uniti bit-tama li dan il-pajjiż jerġa’ jqum fuq saqajh għaxar snin wara t-tneħħija tad-dittatur Gaddafi.
عاجل > فيديو : اللقطات الأولية من تقديم سيف الإسلام القذافي أوراق ترشحه بالحضور الشخصي لمفوضية الإنتخابات في #سبها . #المرصد #ليبيا pic.twitter.com/qNoVD1EtjU
— صحيفة المرصد الليبية (@ObservatoryLY) November 14, 2021
Ritratt: Sky News