“Ikliet Tal-Milied B’Mod Responsabbli” – Il-Professur Charmaine Gauci

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci f’intervista ma’ TVM qalet li fil-jiem li ġejjin nistgħu nistiednu lin-nies id-dar għall-ikla tal-Milied iżda b’responsabilità.
Hija qalet li n-numru ta’ mistiedna għandu jkun limitat. Possibbilment jekk se nistiednu n-nies id-dar għall-Milied għadna naqsmuhom f’ikliet iżgħar.
F’każ ta’ temp bnazzi wieħed għandu jikkunsidra li joħroġ barra sabiex dejjem jitnaqqas ir-riskju. F’każ li jkun maltemp wieħed għandu dejjem iżid il-ventilazzjoni tal-post.
Il-Professur Gauci qalet ukoll li kemm jista’ jkun kulħadd għandu jkun imlaqqam sabiex nkompli nipproteġu lil xulxin.
Ritratt: espressotranslations.com