Il-Gran Mastru Emeritus Festing Ħa Jkun Qed Jindifen Fil-Kripta Tal-Konkatidral Ta’ San Ġwann

 Il-Gran Mastru Emeritus Festing Ħa Jkun Qed Jindifen Fil-Kripta Tal-Konkatidral Ta’ San Ġwann

Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet tħabbret il-mewt tal-Gran Mastru Emeritus tal-Ordni ta’ San Ġwann Fra Matthew Festing, bħal issa qed isiru t-tħejjijiet sabiex il-funeral tiegħu jsir f’Malta.

Huwa se jkun qed jindifen fil-kripta tal-Konkatidral ta’ San Ġwann wara mijiet ta’ snin ma’ tintuża. Fra Matthew Festing ħa jkun it-12-il Gran Mastru li ħa jkun qed jindifen fiha. Fost il-11-il Gran Mastru li jinsabu midfuna fil-kripta hemm l’Isle Adam, La Valette u Alof de Wignacourt.

Id-data uffiċjali tal-funeral għada ma tħabbritx, però jidher li l-Gvern flimkien mal-Knisja u l-Fondazzjoni tal-Konkatidral għaddejjin bi preparamenti sabiex isir dan il-funeral storiku, wara l-familja tiegħu laqgħet l-offerta li saritilhom mill-Gvern Malti biex il-Gran Mastru Festing jindifen f’Malta.

Minn rapporti wkoll ntqal li l-Papa Franġisku li taħtu jaqa’ l-Ordni ta’ San Ġwann, se jibgħat lill-Kardinal Tomasi biex jikkonċelbra l-funeral tad-79 Gran Mastru tal-Ordni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com