Il-Kanċillier Awstrijak Jħabbar Lockdown Mal-Pajjiż Kollu
Il-Kanċillier Awstrijak Alexander Schallenberg ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej l-Awstrija se tidħol f’lockdown ta’ 10 t’ijiem.
Din il-miżura drastika qed tittieħed fid-dawl ta’ żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19.
Il-Kanċillier qal ukoll li l-vaċċin tal-Covid-19 ħa jkun mandatorju u l-popolazzjoni kollha trid tieħu t-tilqima sal-bidu ta’ Frar li ġej.
Fil-preżent dan il-pajjiż għandu l-inqas rati ta’ nies imlaqqma fil-Punent tal-Ewropa, b’65% li huma mlaqqma kompletament.
Ritratt: Sky News