Il-Kap Tal-PN Bernard Grech F’Laqgħa Ma’ Ike U Kaya

 Il-Kap Tal-PN Bernard Grech F’Laqgħa Ma’ Ike U Kaya

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum kellu laqgħa fl-uffiċju tiegħu mal-kantanti li ħa jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest.

“M’għandix dubju li meta jmorru jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, Ike u Kaya se jagħmluna kburin bit-talent tagħhom,” qal Bernard Grech.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali Grech qal li din hija esperjenza unika għalihom bħala artisti u bħala persuni li se tgħinhom għall-karriera futura tagħhom u biex ikomplu jsaħħu l-personalità sabiħa tagħhom.

Bernard Grech flimkien ma’ martu AnneMarie awgurawlhom li jieħdu gost kemm fil-ġranet ta’ tħejjija meta jiltaqgħu ma’ sħabhom l-artisti l-oħra iżda wkoll fuq il-palk waqt li jirrappreżentaw lilna l-Maltin u l-Għawdxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com