“Il-Kejl Tat-Two Weights, Two Measures Jinsab Fid-DNA Politiku Tal-PN” – Alfred Sant

“Speċjalità tal-Partit Nazzjonalista u tad-devoti tiegħu dejjem kienet li jilagħbuha tal-vittmi. Huma jistgħu ikasbru u jmaqdru lil ħaddieħor kemm iridu. Imma meta jsir l-istess lilhom, mill-ewwel jaraw kif jilagħbuha tal-martri”, kiteb Dr Alfred Sant fuq il-midja soċjali tiegħu.
Qal li wieħed ikollu jammetti li jafu jilgħabu dil-logħba b’maestrija. Ġibed l-attenzjoni tal-esponenti tal-Partit Laburista biex joqogħdu attenti xi jgħidu u kif jgħiduh fejn għandhom ukoll joqogħdu attenti dwar dak li qed jgħidu esponenti tal-PN.
“Il-kejl tat-two weights, two measures jinsab fid-DNA politiku tal-PN”, saħaq Dr. Sant.