“Il-Korp Tal-Pulizija Għandu Jserraħ Ras Kulħadd Li Mhix Il-Ħuta Ż-Żgħira Biss Li Tinqabad…” – Bernard Grech

 “Il-Korp Tal-Pulizija Għandu Jserraħ Ras Kulħadd Li Mhix Il-Ħuta Ż-Żgħira Biss Li Tinqabad…” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech permezz ta’ filmat, saħaq li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu l-obbligu li jinforma lill-pubbliku dwar jekk il-Pulizija hijiex qed tinvestiga lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. “Il-Korp għandu jserraħ ras kulħadd li mhix il-ħuta ż-żgħira biss li tinqabad u tkun investigata,” tenna Bernard Grech.

Huwa fakkar li għaddew ħamest ijiem minn meta gazzetta lokali żvelat li Joseph Muscat irċieva madwar €60,000 mingħand kumpanija Żvediża li hija marbuta ma’ Stewards Healthcare, il-kumpanija li qed tmexxi tliet sptarijiet pubbliċi.

Il-Kap tal-PN saħaq li l-Kummissarju bħalma għandu obbligu li jiddefendi politiku li jkun akkużat b’mod falz, għandu l-obbligu wkoll li jinvestiga jekk ikun hemm allegazzjonijiet simili u li jinforma lill-pubbliku.

“Ma jistax ikun li l-politiku jibqa’ jaħrab mill-ġustizzja. Mhux biżżejjed ngħidu li eks politiku għandu obbligu li jwieġeb. L-istituzzjonijiet għandhom jitħallew jaħdmu,” saħaq Bernard Grech.

Grech temm jgħid li l-politiku għandu obbligu li jagħmel dak li hu sewwa biex il-pajjiż jerġa’ jibni r-rispett li kien igawdi.

Ritratt: NET News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com