Il-Kurja Tiċċara Li Hi Mhu Qed Iżomm L-Ebda Purċissjoni Milli Ssir
Il‑Kurja tal‑Arċisqof iċċarat li hi responsabbli mill‑protokolli għall‑attivitajiet reliġjużi li jikkonċernaw dak li jsir fil‑knejjes u f’postijiet li jintużaw għall‑qima reliġjuża.
Fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Faerne aktar kmieni llum, il-Kurja qalet li rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l‑purċissjonijiet tal‑festi, hija tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa.
Din hija l‑pożizzjoni li kienet diġà ħabbret il‑Kurja f’Mejju li għadda.
Il-Kurja tal-Arċisqof temmet tgħid li kif sar s’issa, hija se tibqa’ fi djalogu mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l‑Għaqda Nazzjonali Każini tal‑Banda.