Il-Malta National Park Se Jkun Aċċessibbli Għal Kulħadd

“Fil-playing equipment li qed nagħmlu fl-Adventure Park fi ħdan il-Malta National Park rajna wkoll li jkollna aċċessibilta’ għal kulħadd.”
Hekk tenna l-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq il-midja soċjali fejn spjega li din hija t-triq ‘il quddiem għal inklużjoni aħjar biex kulħadd ikun jista’ jgawdi.
“:Inħares ‘il quddiem biex fi ftit jiem oħra dan il-park jibda jitgawda mill-familji tagħna. Se nibqgħu naħdmu għal aktar spazji miftuħa”, saħaq Borg.