Il-MP Karol Aquilina Jistaqsi Jekk L-Inkjesta Egrant Għandix Terġa’ Tinfetaħ
Dalgħodu waqt seduta fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jekk iħossx li l-inkjesta Egrant għandix terġa’ tinfetaħ.
Il-Ministru Caruana qal li din il-materja taqa’ f’idejn Ministri oħra. Hawnhekk id-Deputat Karol Aquilina reġa’ staqsa jekk hux ħa jkun qed jagħmel talba lill-Ministri li taħthom taqa’ din il-materja.
Il-Ministru Clyde Caruana qal li “din mhix id-deskrizzjoni tiegħi. Dawn in-nies huma kompetenti biżżejjed f’xogħolhom. L-istituzzjonijiet jekk iħossu li għandhom jagħmlu xi ħaġa, jistgħu jagħmlu dan u ħadd mhu se jindaħal.”
Karol Aquilina wieġeb lura fejn qal li “l-Parlament Malti qed jagħlaq 100 sena, però għadna bl-istess problemi ta’ mitt sena ilu.”