Il-PM Robert Abela Jinsab Fi Franza Għall-Konferenza Tal-Paris Peace Forum

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab f’Pariġi, fi Franza għar-raba edizzjoni tal-Paris Peace Forum.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali huwa qal li dan l-avveniment jġib flimkien mexxejja minn madwar id-dinja u joffri pjattaforma biex jiġu indirizzati temi ta’ importanza għall-komunità internazzjonali.
“Fost it-temi prinċipali ta’ din is-sena nsibu l-ġlieda kontra l-pandemija, l-ugwaljanza, fake news u t-theddid kontra l-ġurnalisti, tenna l-Prim Ministru Robert Abela