Il-Pulse Jirbħu L-Elezzjoni B’Distakk Kbir Għall-Kunsill Studenti Junior College

L-għaqda studenteski Pulse rebħet l-elezzjonijiet għall- Kunsill Studenti Junior College.
Din ir-rebħa hija s-sitt waħda konsekuttiva u l-akbar waħda fl-istorja ta’ dawn l-elezzjonijiet.
Id-distakk bejn il-Pulse u l-SDM kien ta’ 500 vot, b’riżultat li spiċċa biex l-SDM ma teleġġi l-ebda kandidat fil-kunsill.
Il-Kunsill ħa jkun qed jitmexxa minn Jade Muscat bħala President u Kieran Muscat fil-kariga ta’ Viċi-President.
Il-membri fil-KSJC ħa jkunu Yan Trovato, Faith Casha, Kylie Bonnici, Jake Muscat, Sarah Cachia u Jake Spiteri Montebello.