Illum Huwa Black Friday…Ix-Xirja T-Tajba!

 Illum Huwa Black Friday…Ix-Xirja T-Tajba!

Oriġinarjament din il-ġurnata bdiet fl-Amerika, lura għas-snin 60. Fil-ġurnata ta’ qabel dik imsejħa Black Friday kienet tkun iċċelebrata Thanksgiving Day f’ċertu stati tal-Istati Uniti bil-konsegwenza li l-għada bosta ħaddiema ma kienux jidħlu għax-xogħol biex jkomplu għaddejjin bil-vaganzi. Din kienet tkun skuża tajba biex dak li jkun jibda x-xiri tiegħu għar-rigali tal-Milied.

Il-Pulizija kienu semmew din il-ġurnata bħala Black Friday għaliex fit-toroq u fil-ħwienet kien ikun hemm caos sħiħ u ġlied għaliex kulħadd ikun irid l-aqwa prodott, li ftit li xejn kienu jkunu jistgħu jikkontrollaw.

Fl-Ewropa u f’Malta dawn l-aħħar snin ukoll daħlet din it-tendenza li f’din il-ġurnata bosta ħwienet jagħmlu skontijiet kbar fuq il-prodotti tagħhom, fejn diversi nies iżommu din il-ġurnata biex joħorġu jixtru r-rigali tal-Milied u dak kollu jkollhom bżonn.

Nawgurawlkom ix-xirja t-tajba!

Ritratt: inews.co.uk / Danny Lawson

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com