Illum San Martin – Is-Soltu Magħruf Għas-Sħana Imma Llum Maltemp
Il-festa ta’ San Martin, hija tradizzjonalment marbuta wkoll ma’ żmien ta’ temp sabiħ. Tant, li jgħidulu ‘s-Sajf ta’ San Martin.’
Liturġikament illum 11 ta’ Novembru hija l-festa tiegħu. Għalkemm veru li din il-ġimgħa kienet ftit sħuna iżjed minn ta’ qabilha, anke minħabba umdità li ħakmet il-Mediterran, illum sebaħ bil-maltemp li jikkontradixxi l-famuż temp tas-sajf ta’ San Martin.
Ġewż, lewż, qastan, tin, kemm inħobbu l-San Martin… frażi antika li baqgħet popolari sal-lum.
Insellmu lil dawk kollha li jisimhom Martin jew Martina.
Ritratt: visitgozo.com