Imnedija Bolla Biex Tfakkar Il-100 Sena Mit-Twaqqif Tal-Parlament Malti

 Imnedija Bolla Biex Tfakkar Il-100 Sena Mit-Twaqqif Tal-Parlament Malti

B’tifkira tal-100 sena mit-twaqqif tal-Parlament Malti, il-MaltaPost ħarġet bolla f’miniature sheet biex tfakkar dan l-anniversarju.

Wara aktar minn seklu tat-tmexxija mill-Ingliżi, fl-1921 Malta ngħatat il-Kostituzzjoni ta’ Amery-Milner, li ppermettiet li l-Maltin biex ikollhom l-Gvern tagħhom. Il-Gvern Malti seta’ jkollu x’jaqsam mal-affarijiet interni filwaqt li l-Gvern Imperjali Ingliż kellu jżomm ir-responsabiltà għall-kwistjonijiet relatati mad-difiża u l-affarijiet barranin.

Fi stqarrija l-MaltaPost qalet li din il-ħarġa se tikkonsisti f’bolla waħda li se toħroġ f’miniature sheet.

Din il-bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzoni ta’ 13.9 x 14.0 u għandha watermark bis-salib ta’ Malta. Il-miniature sheet hija ta’ daqs 120mm x 80mm u ġiet ipprintjata minn Printex Limited bi proċess offset.

Il-bolla u l-miniature sheet ġew iddisinjati mill-MaltaPost u l-ħarġa se tikkonsisti f’20,000 miniature sheet b’ kull waħda b’ valur ta’ €5.50.

Ntqal ukoll li flimkien ma’ din il-ħarġa, MaltaPost u l-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħroġu prodott konġunt li jikkonsisti f’silver foil stamp replica u munita kommemorattiva. Il-bolla tal-fidda turi l-bolla tal pustaġġ tal-€5.50 bil-kulur missett ‘100th Anniversary Malta Senate and Legislative Assembly’. Il-munita tal-fidda għandha dijametru ta’ 38.61mm b’ valur ta’ €10.00. Is-sett huwa ppreżentat ġo kaxxa flimkien maċ-ċertifikat ta’ awtentiċita.

Il-bolla tal-fidda ġiet ippreżentata lil membri tal-parlamentari f’seduta speċjali mill-parlament Malti li għaliha attendew ukoll eks speakers tal-kamra tar-rappreżentanti u eks membri parlamentari.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com