Impjegata F’Ħanut Tisraq mal-€10,000 Waqt Li Iben Is-Sidien Kien Qed Imut

 Impjegata F’Ħanut Tisraq mal-€10,000 Waqt Li Iben Is-Sidien Kien Qed Imut

“Ikun għadu kemm imutlek ibnek u għadu lanqas indifen…u tinduna li kienet qed tisirqek €200 kuljum waqt li għaddej dan il-maltemp. X’jibqa’ fik? Baqa’ rispett illum il-ġurnata?”, hekk kitbet fuq il-mezzi soċjali tagħha qariba tal-familja li huma s-sidien ta’ ħanut tal-merċa f’Wied il-Għajn.

Dawn is-sidien tal-ħanut matul din il-ġimgħa kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli hekk kif nhar is-Sibt li għadda tilfu lil binhom ta’ 20 sena.

Huma skoprew li kienu vittmi ta’ serq minn impjegata hekk kif qabduha fil-fatt tieħu €200 mill-cash register tal-ħanut nhar il-Ħadd li għadda, l-għada tal-mewt ta’ binhom.

Hija qalet li f’dan iż-żmien diffiċli l-familja għażlu li ma jsirx rapport lill-Pulizija, dan wara li l-impjegata raddet mal-€10,000 lura li serqitilhom ftit ftit kuljum.

“F’nofsiegħa kellha ġġib kollox lura…mal-€10,000…imma d-dispjaċir u l-weġgħa hemm jibqgħu wara li dejjem tkun irrispettajthom”, tenniet il-qariba tas-sidien fejn qalet li din l-mara kienet ilha snin taħdem f’dan il-ħanut.

Il-funeral taż-żagħżugħ ħa jkun qed isir illum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com