Imut L-Imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco
Ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tal-Imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco, fl-eta ta’ 72 sena.
Farrugia Sacco apparti għall-karrieri bħala avukat, umbad bħala Imħallef, huwa jibqa’ mfakkar għal diversi xogħol li wettaq fil-qasam sportiv u anke ma’ għaqdiet volontarji.
Fl-1988 huwa kien elett Viċi President tal-ewwel Kumitat Olimpiku Malti, fejn eventwalment laħaq President tal-Kumitat Olimpiku Malti fl-1999 u għamel sal-2013.
L-Imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco, fl-1993 kien nħatar ukoll President tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun, huwa ħadem ħafna għall-għaqda bejn il-Parroċċa u l-Każini tal-Banda.
Meta kien iżgħar kien waqqaf il-Ħamrun Tennis Club u kien ukoll anki Viċi President tal-klabb tal-futbol ta’ Ħamrun Spartans.
Għamel xi żmien ukoll Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet.