Ingħataw Aktar Minn 100,000 Booster Kontra L-Covid-19

 Ingħataw Aktar Minn 100,000 Booster Kontra L-Covid-19

Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar li sal-bieraħ ingħataw il-booster kontra l-Covid-19 lil aktar minn 100,000 persuna f’Malta u Għawdex.

Id-Deputat Prim Ministru ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex għal darb’oħra jwieġeb għas-sejħa tal-Ministeru għas-Saħħa u jilqa’ l-istedina biex jieħu l-booster. Huwa qal li kif intwera f’pajjiżna stess, il-vaċċin jaħdem u huwa l-aqwa arma kontra dan il-virus.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com