“Interessanti Kif Però Taqa’ L-Maskra Ta’ Ċertu Nies…X’ħa Tagħmel Il-Kurja Din Id-Darba…” – Rosianne Cutajar

 “Interessanti Kif Però Taqa’ L-Maskra Ta’ Ċertu Nies…X’ħa Tagħmel Il-Kurja Din Id-Darba…” – Rosianne Cutajar

“Ftit jiem ilu il-Viċi-President ta’ Repubblika Alessandra Dee Crespo rrakkuntat kif rċeviet tgħajjir waqt li kienet ikkampjata quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana. Dan jekk hu minnu nukkundannawħ.”

Hekk fetħet il-messaġġ tagħha d-Deputat Laburista Rosianne Cutajar fuq il-mezzi soċjali tagħha wara li Alessandra Dee Crespo pruvat tinsulenta b’kummenti hi stess lil Michelle Muscat wara ritratt tad-dehra tagħha li ppublikat Muscat stess fuq il-mezzi soċjali tagħha.

“Interessanti kif però taqa’ l-maskra ta’ ċertu nies. Proprju illum b’kitbitha ppruvat tirredikola u tinstiga tgħajjir fil-konfront ta’ Michelle Muscat,” saħqet Rosianne Cutajar filwaqt li kompliet tgħid li din ma kienitx l-ewwel darba. “Rajt diversi kitbiet tagħha fil-konfront ta’ oħrajn li mhux ta’ min tiggosta.”

“X’ħa tagħmel il-kurja din id-darba fil-konfront tal-Kanċilliera tas-sekonda stanza fit-tribunal tal-Arċisqof?” staqsiet Cutajar.

“Se tikkundanna lil Alessandra bl-istess mod li ġustament ikkundannat it-tgħajjir fil-konfront ta’ xi ħadd Nazzjonalist?” kompliet tgħid Rosianne Cutajar filwaqt li staqsiet ukoll lill-Repubblika jekk hux ħa tiddisassoċja ruħha wkoll?

“Jew għalihom li jirbħu l-press freedom award hija xi liċenzja biex tgħajjar lil ħaddieħor u tinstiga l-mibegħda?” tenniet Cutajar.

Hija temmet tgħid li llum fl-2021 huwa patetiku li nattakkaw mara għax tidher tajba u żżommha. “Ugwalment patetiku min jgħajjar mara għax ma żżommiex. Ħallu n-nisa liberi jidhru kif jixtiequ u ejja nieqfu niġġudikaw,” ikkonkludiet il-kitba tagħha Rosianne Cutajar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com