Ippjana Rotta Differenti Jekk Tuża Dawn It-Toroq F’Ħal Qormi

 Ippjana Rotta Differenti Jekk Tuża Dawn It-Toroq F’Ħal Qormi

Mil-lejla sa nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru, partijiet minn Triq is-Sebħ u Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi ħa jkunu qed jingħalqu matul il-lejl.

Dan ħabbritu Infrastructure Malta fuq il-mezzi soċjali tagħha. Hija qalet li dawn it-toroq ħa jkun qed jinksew mill-ġdid bl-asfalt.

Għaldaqstant kull lejl mit-8 ta’ filgħaxija sas-6 tal-għada filgħodu, Triq is-Sebħ u Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi ser ikunu magħluqin.

Infrastructure Malta wissiet sabiex wieħed jippjana l-vjaġġ u juża rotot alternattivi, filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd tal-koperazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com