Is-Segretarju Permanenti Tal-Ministeru Tal-Edukazzjoni Jiġi Ppremjati L-‘Premju Tal-Pudina’ Mill-UPE

 Is-Segretarju Permanenti Tal-Ministeru Tal-Edukazzjoni Jiġi Ppremjati L-‘Premju Tal-Pudina’ Mill-UPE

Il-Union għall-Edukaturi Professjonali (UPE) illum ippremjati lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri bil-premju tal-pudina.

Dan wara li l-UPE qed takkuża lil Fabri li qed juża l-istudenti li qed jistudjaw bies isiru għalliema fl-iskejjel primarja biex jgħatti nuqqasijiet tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Il-UPE qalet li numru ta’ student teachers intalbu mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jmorru fi skola oħra. Dan wara li kienu diġà bdew jagħmlu l-prattika tagħhom fi skola li kienu diġà tawhom.

Jidher li dan qed isir sabiex il-Ministeru jipprova jsolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel primarji.

L-UPE qed tgħid li din hija mossa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex jippruvaw isolvu l-problema sal-vaganzi tal-Milied, hekk kif qed jingħad li l-pjan huwa li minn Jannar 2022 l-iskejjel jerġgħu jibdew joperaw kif kienu qabel il-pandemija.

Ritratt: UPE

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com