Is-Settur Tad-Diżabilità Bl-Akbar Budget Fl-Istorja

 Is-Settur Tad-Diżabilità Bl-Akbar Budget Fl-Istorja

Is-Settur tad-diżabilità bl-akbar budget li qadd ingħata f’pajjiżna. Dan qalitu l-Ministru għal Inklużjoni u l-Kwalita’ tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli waqt l-estimi finanzjarji tal-Ministeru li tmexxi.

Għas-sena d-dieħla, il-Gvern qiegħed jalloka €50,590,000 għas-settur tad-diżabilità waħdu jiġifieri €8 miljun iktar meta mqabbel mal-baġit għal din is-sena. Dan ifisser li matul is-sena d-dieħla, il-gvern se jkun qed jinvesti aktar minn €4 miljun kull xahar, fil-persuni b’diżabilità.

Farrugia Portelli semmiet l-ammont ta’ tfal b’diżabbilta’ taħt il-5 snin li qed jistennew biex jibdew jingħataw occupational therapy. L-interventi minn kmieni huma kritiċi u huwa għalhekk li qed tinħoloq skema ġdida fejn b’investiment ta’ €1.5 miljun aktar minn 1,300 tifel u tifla b’diżabilità minn età tat-twelid sa ħames snin u li jeħtieġu s-servizz kliniku ta’ Occupational Therapy se jibdew jirċievu voucher biex it-terapija jibdewha  minn fejn jixtiequ qalet Farrugia Portelli.

Apparti li b’dan l-investiment se tonqos il-lista ta’ stennija tat-tfal li qegħdin jistennew servizz ta’ Occupational Therapy, s-CDAU (Child Development Assessment Unit) jista jiffoka l-enerġiji tiegħu fuq terapija lil tfal b’diżabbilta’ minn 6 snin ‘l fuq.

Bil-għan li aktar persuni b’diżabbiltà jibgħu jgħixu fil-komunità, l-Ministru Julia Farrugia Portelli ħabbret li se tinbeda ħidma sabiex tinbena dar f’Ħad Dingli għal persuni b’diżabbiltà, liema proġett se jkun taħt ir-responsabilita tal-Aġenzija Sapport.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com