It-Torċa U l-Maltatoday Jirrappurtaw Distakk Ta’ Madwar 46,000 Vot Bejn Il-PL U L-PN
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar minn Dr Vincent Marmarà u li ġie ppubblikat fuq it-Torca u ieħor fuq il-Maltatoday qed juru distakk ta’ madwar 46,000 vot bejn il-Partit Laburist u l-Partit Nazzjonalista.
Dan huwa riżultant identitiku li juri fiduċja iżjed soda fil-Prim Ministru Robert Abela u l-PL.
L-istħarriġ tat-Torċa ta fiduċja ta’ 52.5% fil-Prim Ministru, 25.5% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Min-naħa l-oħra, dak tal-Maltatoday wera fiduċja b’saħħitha ta’ kważi 49% fil-Mexxej Laburista, 21% iżjed mill-Kap Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista huwa fdat minn kważi 57% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista jikseb ftit inqas minn 42%, skont it-Torċa, filwaqt li skont il-Maltatoday, li kieku kellha ssir elezzjoni għada, il-Partit Laburista jgħaddi lill-Partit Nazzjonalista bi 13.5 punti perċentwali.
Ritratt meħud f’Diċembru 2019/Robert Abela