Jekk Għandek ‘Il Fuq Minn 50 Sena Mill-Lum Tista’ Tapplika Għall-Booster Kontra L-Covid-19

Mill-lum jekk għandek ‘il fuq minn 50 sena tista’ tapplika għall-booster kontra l-Covid-19.
Dan kien tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fil-nhar l-Erbgħa li għadda waqt konferenza tal-aħbarijiet. Huwa kien qal li l-proċess ta’ tilqim kien ħa jkun qed javvanza aktar ‘il quddiem sabiex sal-aħħar tas-sena dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 50 sena jkunu tlaqqmu bil-booster.
Biex tirreġistra tista’ tidħol fuq is-sit vaccin.gov.mt.