Jibda S-Servizz Ta’ Park & Ride F’Għawdex B’Karozzi Tal-Linja Elettriċi

“Illum beda s-servizz ta’ Park & Ride mingħajr ħlas u permezz ta’ karozzi tal-linja 100% electric immirat mhux biss għall-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin li jinżlu Malta biex jaħdmu jew jistudjaw, iżda għal dawk kollha li jridu jaqsmu lejn Malta mingħajr karozza.”
Dan qalu l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fejn tenna li dan is-servizz ta’ Park and Ride se jkun qed jopera miż-żona tal-Heliport tax-Xewkija għall-Imġarr mill-5am sad-9pm.
Se jkun ukoll disponibbli mill-5am sat-8am u mit-3pm sas-6pm is-servizz se jkun kull 10 minuti filwaqt li fil-bqija tal-ħinijiet kull 30 minuta.
Dawk li jużaw is-servizz jistgħu jipparkjaw il-karrozza fi Triq il-Kanal u Triq il-Bwier u minn hemm jaqbdu waħda mis-6 karozzi tal-linja elettriċi li teħodhom ix-xatt fejn minn hemm jistgħu jaqbdu l-vapur jew wieħed mill-fast ferries.
