Jason Azzopardi Jgħid Li Mhu Se Jirtira Xejn

 Jason Azzopardi Jgħid Li Mhu Se Jirtira Xejn

“Għadni kemm ġejt infurmat li Mr Speaker iddeċieda Ruling favur il-ħabiba ta’ Yorgen Fenech, Rosianne Cutajar.” Hekk għadu kemm kiteb id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif għadu kemm ġie nfurmat bid-deċiżjoni tal-Ispeaker dwar il-ksur ta’ privileġġ fil-konfront tad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Huwa qal li peress jinsab imsiefer u ma setax ikun preżenti fil-Parlament għalhekk iddeċieda li jikteb mal-ewwel fuq il-mezzi soċjali tiegħu għax qal li “l-verità ma tistax tostorha.”

“Tant kemm nemmen fejn tinsab il-verità li lanqas biss ħa nappella mir-Ruling, kif għandi dritt nagħmel u ħa nkun qed ninforma lis-Sedja b’dan…Issa sta għall-Gvern ilaqqa’ l-Kumitat ta’ Privileġġi,” tenna Jason Azzopardi.

Huwa kompla jgħid li hekk kif jiltaqa’ il-Kumitat ħa jkun qed jitlob “jitilgħu jixhdu Yorgen Fenech, Diane Izzo, Edward Zammit Lewis, Keith Schembri, Joseph Muscat, Marion Mizzi, Charles Farrugia, l-uffiċjali tal-FCID, tas-CID, Mark Camilleri, u terzi li jixhdu fuq ir-rigali lussużi li rċeviet.”

“Jien ma nirtira xejn. XEJN. Għax hija l-verità,” saħaq Jason Azzopardi, filwaqt li temm jgħid “Rosianne, dħalt għaliha kexxun.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com