Jinsab Aħjar Il-Persuna Li Kien Fi Kriżi Serja fil-Belt – Matul Dawn Il-Jiem Żdiedu T-Telefonati Għal Għajnuna

 Jinsab Aħjar Il-Persuna Li Kien Fi Kriżi Serja fil-Belt – Matul Dawn Il-Jiem Żdiedu T-Telefonati Għal Għajnuna

“Il-persuna li kien fi kriżi serja fil-Belt issa jinsab aħjar u qiegħed jingħata l-għajnuna meħtieġa.”

Hekk qal Dr. Mark Xuereb Il-Kap tal-Crisis Resolution Malta f’intervista fuq is-sit talk.mt, filwaqt li qal li r-raġel issa jinsab aktar kalm u qiegħed iħossu aktar sigur.

“L-ironija f’dan il-każ hija li min kien qiegħed jikkritika lin-nies ta’ nazzjonalità differenti għandu jkun jaf li l-persuna strumentali, l-eroj, kien raġel ta’ nazzjonalità differenti li għen bi traduzzjoni fil-mument li konna qegħdin ngħinu lil dan ir-raġel fi kriżi f’Bieb il-Belt,” sostna Dr. Xuereb.

Ntqal ukoll li matul dawn il-jiem il-crisis line irċieva telefonati aktar mis-soltu. Il-psikjatra qal li “dan jissejjaħ copycat effect, fejn persuna tant tkun influwenzata li tasal biex tikkopja aġir ta’ ħaddieħor.”

Dr. Mark Xuereb talab biex niftakru li hemm ħafna nies bħal dan ir-raġel u insista li ma nitraskurawhomx “għax dawn ukoll għandhom bżonn ta’ għajnuna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com