Jitħabbru S-Semifinalisti Għal Mużika Mużika 2022
Nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-35 kanzunetta magħżula għal Mużika Mużika 2022 għaddew mill-fażi eliminatorja permezz ta’ live auditions quddiem seba’ membri tal-ġurija ġodda.
Din is-sena, il-festival kellu 170 sottomissjoni, ammont ikbar minn dak tas-sena li għaddiet, kif kien mistenni wara s-suċċess li ġab miegħu l-festival f’Marzu li għadda. Kull sottomissjoni ġiet evalwata u għaddiet mill-ewwel fażi eliminatorja fejn intgħażlu 35 kanzunetta. Dawn ġew interpretati live flimkien ma’ backing track il-bieraħ ġewwa l-Valletta Campus Theatre, l-Belt Valletta, fejn minnhom intgħażlu l-20 kanzunetta semi finalista.
“Din is-sena, bħal dik ta’ qabel, kellna sottomissjonijiet ta’ livell għoli ħafna, prova ċara li tkompli ssaħħaħ il-fatt li Malta hawn talent abbundanti, bil-livell dejjem jiżdied u nemmen li kienet deċiżjoni diffiċli ħafna għall-ġurija tagħna. L-20 kanzunetta li ser taraw f’Marzu li ġej kollha għandhom element u ħoss partikolari li jġagħlek t’apprezza d-diversita’ li kapaċi toffri l-mużika Maltija. L-udjenza tagħna għandha għal xiex tkun ħerqana għal din l-edizzjoni li jmiss,” qal ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja.
Issa li ġew imħabbra l-20 kanzunetta semi finalista, it-tim ta’ Festivals Malta ser ikun qed jaħdem fuq il-fażi li jmiss ta’ produzzjoni u loġistika. F’Diċembru, ser jitħabbar ir-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli, li ser jingħaqad mal-kanzunetti l-oħra waqt il-festival li ser isir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.
Il-kanzunetti semi finalisti huma (F’ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):
- Aħjar Hekk Inkella Agħar – Artisti: MARA, Kompożitur: Philip Vella, Awtur: Emil Calleja Bayliss
- Bla Tarf – Artist: Kurt Calleja, Kompożituri: Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg, Awtur: Kurt Calleja
- Dak Kien Żmien – Artisti: Mykill ft. Lyndsay u Kalakku, Kompożitur: Micheal Cini, Awturi: Lyndsay Pace, Matthew Attard u Michael Cini
- Fittixni – Artista: Victoria Sciberras, Kompożitur: Gilbert ‘Bibi’ Camilleri, Awtur: Lon Kirkop
- Għal Dejjem – Artist: Norbert Bondin, Kompożitur: Peter Borg, Awtur: Norbert Bondin
- Ġmielek – Artista: Claudia Faniello, Kompożitur: Philip Vella, Awtur: Joe Julian Farrugia
- Ħlomt Li – Artisti: Bernie & Pod u Fiona Cauchi, Kompożituri: Bernard Bonnici u Matteo Depares, Awtur: Ivan Farrugia
- Idek F’Idi – Artista: Kelly Marie Cassar Hili, Kompożitur: Kelly Marie Cassar Hili, Awtriċi: Janice Debattista
- Il-Mużika u Jien – Artista: Nicole Frendo, Kompożitur: George Curmi, Awtriċi: Hilda Curmi
- Jien l-Artist – Artista: Cherylis, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina
- Kenn – Artista: Cheryl Camilleri, Kompożitur: Joseph Axiak, Awtur: Joseph Axiak
- Kewkba Feġġejja– Artista: Gaia Cauchi, Kompożitur: Elton Zarb, Awtur: Stephen Baldacchino
- Mewġ– Artisti: Bloodline, Kompożituri: Glen Vella u Elton Zarb, Awturi: Edwin Balzan, Julia Balzan u Samira Cauchi
- Mil-Lenti Tiegħi – Artist: Joseph Refalo, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina
- Minn Taħt l-Ilsien – Artisti: Avenue Sky, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina
- Ossiġnu – Artisti: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awturi: Mario Joseph Calleja u Emil Calleja Bayliss
- Purgatorju – Artisti: Oxygyn, Kompożituri: Zack Camilleri, Janelle Borg u Luke Camilleri, Awtur: Kurt Abela
- Tgħidlix Għalfejn – Artist: Kyle George, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awtur: Clifton Casha
- Tkun ‘L Hawn Għaddi – Artisti: Kantera, Kompożitur: Elton Zarb, Awtur: Joe Julian Farrugia
- Wennisni – Artist: Franklin Calleja, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awtur: Emil Calleja Bayliss
Ritratt: Facebook / Darren Agius