Jitnieda Crowdfunding Għall-MCCF Permezz Ta’ Pjattaforma Diġitali
Għat-tieni sena konsekuttiva, tnediet il-pjattaforma diġitali strinacrowdfunding.mt.
Din l-inizjattiva hija maħsuba li jinġabru fondi b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation.
Waqt konferenza stampa b’rabta ma’ din l-inizjattiva, iċ-Chairman ta’ PG Group is-Sur John Zarb ħeġġeġ lin-negozji biex joħorġu b’inizjattivi promozzjonali b’risq L-Istrina.
Min-naħa tiegħu, il-President George Vella rringrazzja lil dawk il-kumpaniji li diġà kienu parti minn din il-pjattaforma s-sena li għaddiet, filwaqt li rringrazzja bil-quddiem lill-kumpaniji kollha li għadhom se jissieħbu.
Huwa qal li The Malta Community Chest Fund Foundation tonfoq mat-13-il miljun ewro fis-sena f’mediċini biss u għaldaqstant żied jappella lill-poplu biex jipparteċipa kif jista’ sabiex din l-inizjattiva tkompli tirnexxi.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jaċċessa s-sit www.strinacrowdfunding.mt.
Ritratti: DOI