Konrad Mizzi Jista’ Jkompli Bit-Trattament Mediku Mid-Dar

 Konrad Mizzi Jista’ Jkompli Bit-Trattament Mediku Mid-Dar

L-Eks Ministru Konrad Mizzi rringrazzja lit-tim ta’ Mater Dei u lil kull min bagħatlu messaġġi ta’ kuraġġ waqt li kien rikoverat fl-isptar Mater Dei.

“Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja t-tim ta’ Mater Dei, u nirringrazzja lilkom tal-messaġġi ta’ kuraġġ u tal-ħsieb kontinwu tagħkom. Nirringrazzja fuq kollox l-Alla.”

Tenna li t-tobba u l-mediċi infurmawh li issa jista’ jkompli bil kumplament tat-trattament id-dar. Intant, illum tard wara nofsinhar, Mizzi ħareġ mill-isptar u se jkompli bil-mistrieħ u t-trattament tiegħu mid-dar sakemm jirkupra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com