L-Eks Plejer Tal-Futbol Fabrizio Miccoli Jeħel Il-Ħabs
L-eks plejer tal-futbol ta’ Juventus, Fiorentina, Palermo u Birkirkara Fabrizio Miccoli weħel tliet snin u sitt xhur ħabs wara li nstab ħati b’aggravju, każ li ġie mqabbel mal-operat tal-mafja.
Dan wara li Miccoli kien akkużat li qabbad lil sieħbu Mauro Lauricella biex jiġbor €12,000 minn sieħeb li kellu fin-negozju ta’ diskoteka b’metodi mafjużi.
Mauro Lauricella jiġi t-tifel ta’ wieħed mill-kapijiet tal-mafja Antonino Lauricella.
Minn dak li ħareġ fil-Qorti, Andrea Graffagnini s-sieħeb fin-negozju ma’ Miccoli kien mhedded diversi drabi u saħansitra twettqet vjolenza fil-konfront tiegħu. Fuq l-istess każ, Mauro Lauricella weħel seba’ snin ħabs ftit tal-ġimgħat ilu.