L-Għaqda Nazzjonali Każini Tal-Banda Ilha Titlob Laqgħa Mas-Suprintendenza Tas-Saħħa Sa Minn April 2020

 L-Għaqda Nazzjonali Każini Tal-Banda Ilha Titlob Laqgħa Mas-Suprintendenza Tas-Saħħa Sa Minn April 2020
Fuq il-midja soċjali tagħha, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tenniet li ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta’ Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi.
“Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet”, saħqet l-Għaqda.
L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra semmiet li qed titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel min April 2020 sabiex permezz ta’ diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni.
L-Għaqda ħeġġet sabiex ilkoll flimkien naħdmu sabiex ma tintilifx pern ewlieni tal-Identità Kulturali Maltija.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com