L-Ispeaker Jirċievi Żjara Ta’ Korteżija Mill-Għaqda Visual Non-Visual Network
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ korteżija mill-membri tal-għaqda Visual Non-Visual Network, immexxija mill-fundatur Noel Farrugia.
Il-membri ta’ din l-għaqda qalu li din l-inizjattiva bdiet fis-snin tmenin bil-għan li żżid l-għarfien dwar il-bżonnijiet, l-interessi u l-aspirazzjonijiet tal-persuni neqsin mid-dawl.
Filwaqt li faħħar din l-inizjattiva, l-Ispeaker Anġlu Farrugia offra s-servizzi tal-uffiċċju tiegħu biex iwassal il-proposti li jistgħu jsiru biex jintlaħqu dawn l-għanijiet lill-awtoritajiet kompetenti. Huwa qal li inizjattivi bħal dawn huma importanti għax jikkontribwixxu għal soċjetà progressiva u inklussiva.
Fi tmiem il-laqgħa, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u l-iskrivan tal-Kamra ġew ippreżentati bil-pubblikazzjoni ‘Art beyond Light – A collection’, ġabra ta’ arti tal-persuni neqsin mid-dawl f’Malta.
Ritratti: DOI