L-Olanda Tidħol F’Lockdown Parzjali Filwaqt Li L-Ġermanja U L-Awstrija Jżidu R-Restrizzjonijiet

 L-Olanda Tidħol F’Lockdown Parzjali Filwaqt Li L-Ġermanja U L-Awstrija Jżidu R-Restrizzjonijiet

Diversi pajjiżi fl-Ewropa qed jerġgħu jesperjenzaw rata għolja ta’ infezzjoni tal-Covid-19, hekk kif issa it-temp beda jiksaħ sew f’diversi pajjiżi tal-punent.

Uħud mill-pajjiżi qed jippreparaw irwieħhom sabiex jerġgħu idaħħlu fis-seħħ diversi miżuri sabiex jikkontrollaw il-firxa tal-virus.

Fl-Olanda ħa jkun qed isir lockdown ta’ tliet ġimgħat bl-għeluq mill-ġdid ta’ ħwienet li mhux essenzjali fosthom bars u restoranti.

Fl-Awstrija qed ikun ikkunsidrat li jidħol fis-seħħ lockdown għal dawk il-persuni li ma ħadux il-vaċċin, kif ukoll fil-Ġermanja l-awtorità tas-saħħa ħa tkun qed idaħħal miżuri sabiex attivitajiet kbar tal-massa jkunu kanċellati.

F’rapporti qed ikun rapportat li 10 pajjiżi Ewropej huma klassifikati bħala ta’ riskju għoli ħafna, b’13-il pajjiż ieħor huwa ta’ riskju għoli. 3 pajjiżi li jinkludu Ċipru, Franza u l-Portugal huma meqjusa bħala riskju moderat, filwat li 4 pajjiżi li huma l-Italja, Malta, Spanja u Svezja huma ta’ riskju baxx.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com