L-Uffiċċju Tal-Ombudsman Beda Investigazzjoni Dwar Possibbiltà Ta’ Malamministrazzjoni F’Kordin
Fl-4 ta’ Novembru 2021, l-Uffiċċju tal-Ombudsman beda Investigazzjoni b’Inizjattiva tal-Ombudsman dwar il-possibbiltá ta’ malamministrazzjoni sistemika fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
L-Ombudsman iddeċieda li jagħmel din l-investigazzjoni wara numru ta’ rapporti li jallegaw amministrazzjoni ħażina f’din il-faċilità. Fil-5 ta’ Novembru 2021, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ġie infurmat b’din l-investigazzjoni.