Lon Kirkop Jiddebutta Fid-Dinja Tal-Ktieb Malti

 Lon Kirkop Jiddebutta Fid-Dinja Tal-Ktieb Malti

Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules hu d-debutt tal-awtur Lon Kirkop fid-dinja tal-ktieb Malti. Dan ir-rumanz hu ir-rebbieħ tal-Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020 organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ, u ppublikat mid-dar tal-pubblikazzjoni Merlin Publishers.

Lon Kirkop jagħtina ritratt ta’ żmienna, b’żewġ karattri li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen: Manda u Julia. Waħda quddiem l-iscreen taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.

Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules. Kulħadd jaħsibha li hi qed tipprova tkun bħal Jules, “Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.”

Link tal-ktieb fuq is-site tal-pubblikatur: https://merlinpublishers.com/product/mitt-elf-isem-iehor-happyvegangirljules/

Instagram tal-awtur: https://www.instagram.com/lonkirkop/

Awguri Lon.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com