“Ma Jiddispjaċini Ta’ Kemm Kellek Tbati U Tħoss Minħabba Fija” – Tony Zarb
L-Eks Segretarju tal-General Wrokers Union Tony Zarb kiteb l-aħħar messaġġ lil ommu fuq il-facebook tiegħu.
Talabha skuża ta’ kemm kellha tbati minħabba fih, kemm inkwetat u żammet ġo fiha fejn saħansitra darba qalulha li se jeħilsu minn binha permezz ta’ ittra.
Semma wkoll meta kienet tisma’ kliem dispreġġjattiv fil-konfront tiegħu u qal li dawn huma ftit mill-ħafna li hi kienet iżżomm ġo qalbha fejn hi qatt m’għamlet xejn lil ħadd, anzi dejjem rat kif tgħin lill-proxxmu.
Qabel jitlaq minn ħdejha kienet tgħidlu: “Oqgħod attent Ton”.
Zarb irringrazzja lil ommi ta’ kollox u talabha ssellilu għal missieru kif ukoll biex tbierku minn ħdejn il-Mulej.
Il-funeral ta’ omm Tony Zarb se jsir għada t-Tnejn fis-14.00 fil-Knsija ta’ San Publiju fil-Furjana. Zarb qal li x-xewqa ta’ ommu hija li flok fjuri jintbagħatu għotjiet ta’ karità lid-dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.