“Ma’ Niflaħx Ma’ Nikteb Xejn Dwar Il-Ħabs U L-Artikli Tal-Media…Sensazzjonaliżmu Li Jqallak” – Mireille Farrugia

 “Ma’ Niflaħx Ma’ Nikteb Xejn Dwar Il-Ħabs U L-Artikli Tal-Media…Sensazzjonaliżmu Li Jqallak” – Mireille Farrugia

“Ma’ niflaħx ma’ nikteb xejn dwar Il-ħabs u l-artikli tal-media (li bħalissa ħerġin bħall-pastizzi).” Hekk kitbet Mireille Farrugia f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn tkellmet dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs u l-opinjoni tagħha dwar dan.

“Malajr dawwartuhom għal fuq il-priġunieri stess il-kanuni meta dehrilkom li n-narrattiva tagħhom ma taqbilx ma tagħkom,” tenniet Mireille Farrugia fil-kitba tagħha filwaqt li staqsiet “kif inthom li qegħdin barra tafu iżjed minn dawk li qegħdin ġewwa? Hi kompliet tistaqsi “kif persuna li għexet taħt Alex Dalli tistgħu tmeruha abbażi ta’ dak li smajtu?”

Mireille Farrugia qalet li dan kollu huwa “sensazzjonaliżmu li jqallak”, għaliex issa li hemm priġunieri li jridu tmexxija u mhux oħra, “hemmhekk le – hemmhekk għandhom l-iStockholm syndrome u mhux kredibbli.”

“Petizzjoni meta ssir fuq l-ambjent, jew fuq il-politika, jew fuq il-knisja jew fuq il-Covid restrictions neħduha bl-akbar serjetà u ngħidu li qed issir għax kulħadd għandu dritt isemma leħnu. Imma għax qed issir fil-ħabs, hemmhekk le. Hemmhekk sfurzati, hemmhekk apposta, hemmhekk għax jibżgħu u hemmhekk għax hekk u għax hekk,” sostniet Farrugia.

“Mela issa dan-nies ma baqgħalhomx moħħ biex jagħmlu deċiżjoni? Ma baqgħalhomx opinjoni? Ma baqgħalhomx dritt għall-espressjoni li tant paladini tal-ġustizzja saru jgħajjtu biha?” Kompliet isaqsi Mireille filwaqt li tisħaq fuq il-punt li mhux qed nagħtu attenzjoni u kas ta’ dak li qed jgħidu l-priġunieri, jew aħjar minn hekk qed jiġu injorati għaliex dak li qed jgħidu ma naqblux miegħu.

“Istħu jekk tafu kif. Paladini tal-ġustizzja FEJN TRIDU BISS!” temmet tgħid Mireille Farrugia.

X’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com