Malta Ikkonfermata Bħala L-Iżjed Pajjiż Fl-UE Li T-Turisti Qattgħu Ljieli Fih Matul Dan Is-Sajf
![Malta Ikkonfermata Bħala L-Iżjed Pajjiż Fl-UE Li T-Turisti Qattgħu Ljieli Fih Matul Dan Is-Sajf](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/11/three-cities-and-grand-harbour-in-malta-1188872212-f1784712114f4223990527e8ad8f3ebc-850x560.jpg)
Malta tirreġistra l-ogħla żieda f’iljieli li qattgħu t-turisti matul Ġunju u Awwissu ta’ din is-sena, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Żieda ta’ kważi 120% meta mqabbel mas-sena 2020.
Dan ħareġ skont ċifri maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li din hija “aħbar inkoraġġanti ħafna”, hekk kif f’din l-istatistika, Malta ġiet segwita minn Spanja u l-Greċja, li bħal Malta wkoll huma pajjiżi Mediterranji u huma postijiet turistiċi.
Mill-istatistika ppublikata jidher li kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea kellu żieda fit-turisti matul din is-sena meta mqabbel mas-sena 2020, għajr għal-Latvja.
.@EU_Eurostat figures show that #Malta 🇲🇹 experienced the largest increase in nights spent in tourist accomodation amongst EU member states.🇪🇺
Encouraging news! pic.twitter.com/TNOM31ukw8
— Clayton Bartolo (@BartoloClayton) November 16, 2021
Ritratt: Getty Images