Malta Titpoġġa Lura Fil-Lista L-Oranġjo Tal-Ivjaġġar

 Malta Titpoġġa Lura Fil-Lista L-Oranġjo Tal-Ivjaġġar

Malta terġa’ titpoġġa fil-lista l-oranġjo tal-ivjaġġar wara żieda riċenti fil-każijiet tal-Covid-19 li qed ikollna f’pajjiżna ta’ kuljum.

Din il-lista toħroġ miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fejn tagħti nformazzjoni u indikazzjoni lill-Gvernijiet ta’ pajjiżi Ewropej ta’ x’deċiżjonijiet f’waqthom għandhom jieħdu sabiex jkomplu jrażżnu il-pandemija.

Malta kienet tpoġġiet fil-lista l-ħadra f’Settembru li għadda wara li n-numru ta’ infezzjonijiet kien baxx ħafna u r-rata ta’ tilqim kienet waħda għolja ħafna komparata ma’ pajjiżi oħra. Jidher però li s-sitwazzjoni f’dawn l-aħħar jiem qed tkun ftit instabbli, b’riżultat li pajjiżna tpoġġa fil-lista l-oranġjo.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com