Mara Tindarab Serjament Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza F’Ħal Qormi

Filippina ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġgħet serjament wara li ntlaqtet minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi s-sitta u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.
Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Maruti 800, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.