Mara Tqila U 6 Itfal Fost Id-49 Immigrant Li Daħlu Lbieraħ F’Għar Lapsi

 Mara Tqila U 6 Itfal Fost Id-49 Immigrant Li Daħlu Lbieraħ F’Għar Lapsi

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li fl-akwati ta’ Għar Lapsi, is-Siġġiewi kien daħal grupp ta’ immigranti.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit, fejn raw numru ta’ immigrant maqbudin fuq il-blat taħt l-irdumijiet. Irriżulta li b’kollox kien hemm 49 persuna – 39 raġel, 4 nisa u 6 tfal minorenni.

Peress li kienu maqbuda fuq il-blat u f’baħar imqalleb, issuktat operazzjoni delikata mill-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jiġu salvati. Huma ttellgħu fi gruppi żgħar fuq dinghy tal-Forzi Armati u wara għal fuq Patrol Boat.

L-immigranti ddaħħlu l-art f’Boiler Wharf u ngħataw f’idejn il-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjonijiet. Mara tqila ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. Il-kumplament tal-persuni l-oħra ma kellhomx bżonn assistenza medika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com