Matthew Satariano B’Rekord Ġdid Fit-Time Trials

 Matthew Satariano B’Rekord Ġdid Fit-Time Trials

L-Aquatic Sports Association ta’ Malta ospitat id-9 edizzjoni tat-Time Trials fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Il-laqgħa laqgħet parteċipazzjoni tajba mill-klabbs lokali kollha u rat ukoll lil Matthew Satariano jistabbilixxi Rekord ġdid tal-Age Group B fl-avveniment tal-100m Butterfly. Huwa għamel ħin ta’ 1:04.50. B’hekk huwa għeleb ir-rekord tiegħu stess ta’ 1:06.59, ħin li stabbilixxa f’Ġunju 2021 fil-Gżira.

L-avveniment li jmiss tal-ASA se jkun il-Kampjonati Nazzjonali skedati li jsiru bejn il-11 u t-13 ta’ Diċembru 2021.

 

Ritratt: Emvigee PR & Marketing

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com