Mfakkar Il-75 Sena Minn Meta L-Ġnus Magħquda Waqqfu L-UNESCO
Il-Prim Ministru Roberta Abela attenda għaċ-ċerimonja kommemorattiva li fakkret għeluq il-75 sena minn meta l-Ġnus Magħquda waqqfu l-UNESCO bħala l-Organizzazzjoni tal-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura għall-Paċi, li ttellgħet fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNESCO f’Pariġi.
Għaċ-ċerimonja attendew madwar 30 Kap ta’ Stat u Gvern minn madwar id-dinja. Fiha ħadu sehem ukoll għadd ta’ artisti u persuni magħrufa minn madwar id-dinja fosthom l-attur, producer tal-films u attivist ta’ fama internazzjonali Forest Whitaker, li huwa wkoll Goodwill Ambassador tal-UNESCO u mibgħut speċjali għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni.
Dinjitarji oħra, fosthom is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres u l-Papa Franġisku għamlu l-interventi tagħhom b’mod virtwali.
Iċ-ċerimonja tal-75 anniversarju tal-UNESCO qiegħda ssir fil-kuntest tal-Konferenza Ġenerali tal-istess organizzazzjoni li tinżamm f’Pariġi kull sentejn, din is-sena qed issir bejn id-9 u l-24 ta’ Novembru.
Ritratti: DOI