Miġbura Mal-50 Tunnellata Ta’ Materjal Mit-Toroq Wara L-Maltempata Tal-Bieraħ

 Miġbura Mal-50 Tunnellata Ta’ Materjal Mit-Toroq Wara L-Maltempata Tal-Bieraħ

Il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif kellhom lejl twil hekk kif kienu mpenjati biex inaddfu t-toroq mill-materjal kollu li spiċċa fihom u li kien qed jikkawża periklu.

Matul il-lejl li għadda l-ħaddiema ta’ din id-Diviżjoni ġabru bejn 40 u 50 tunellata ta’ materjal. Bl-aktar toroq li fihom sabu materjal kienu, Triq Buqana bejn ir-Rabat u l-Mosta, ix-Xemxija, Burmarrad u Triq il-Kosta fejn kien hemm anke sa sitt pulzieri ta’ materjal.

Għalkemm ħafna mix-xogħol tlesta matul il-lejl, illum xorta waħda l-ħaddiema ħa jkunu qed jkomplu jduru t-toroq b’aktar tindif kif ukoll se jkunu qed jirranġaw ħitan tas-sejjieħ li ġġarrfu.

F’kummenti fuq il-mezzi soċjali tiegħu d-Direttur tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif, Ramon Deguara kif ukoll s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista rringrazzjaw lill-ħaddiema kollha li f’ċirkostanzi iebsa u ħinijiet twal xorta waħda baqgħu jagħtu s-servizz tagħhom lill-pajjiżna.

Prosit u grazzi lil dawn il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com