“Mill-Ikbar Sal-Iżgħar Pajjiżi Lkoll Għandna Sehem X’Nagħtu Flimkien Favur Il-Paċi” – Dr. Lydia Abela
“L-inugwaljanzi li għadhom jeżistu madwar id-dinja rridu nindirizzawhom,” hekk saħqet Dr. Lydia Abela f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha, hekk kif bħal issa qed takkumpanja lill-Prim Ministru Robert Abela f’Pariġi.
“Dan mhux b’sens ta’ karità imma għaliex għandna d-dmir lejn kull persuna li naħdmu flimkien biex kwalità ta’ ħajja tajba tkun garantita għal kulħadd,” kompliet tisħaq Lydia Abela, fejn tenniet li dan kien il-messaġġ f’Pariġi fejn qed jiltaqa’ l-Paris Peace Forum.
Hija flimkien ma’ Robert Abela attendew għal avveniment organizzat f’Élysée Palace fuq stedina tal-President ta’ Franza Emmanuel Macron u martu Brigitte.
Għal dan l-avveniment kien hemm ukoll il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris, fejn Lydia Abela qalet li din kienet ukoll sinifikattiva. “Mill-ikbar sal-iżgħar pajjiżi lkoll għandna sehem x’nagħtu flimkien favur il-paċi,” temmet tgħid mart il-Prim Ministru Abela.