Minn Għada Malta Se Twaqqaf L-Ivvjaġġar Lejn Pajjiżi Fejn Instab Il-Varjant Il-Ġdid Tal-Covid-19
Minn għada s-Sibt se jitwaqqaf l-ivvjaġġar lejn pajjiżi li fihom instab il-varjant il-ġdid tal-Covid-19.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Il-Ministru Fearne qal li min-nofsillejl tas-Sibt se jieqaf l-ivvjaġġar lejn l-Afrika t’Isfel, in-Namibia, il-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.
Travel to and from regions with known cases of the new Covid19 #variant B.1.1.529 to Malta will be temporarily banned from midnight on Saturday. At the moment this includes South Africa, Namibia, Lesotho, Botswana, Eswatini and, Zimbabwe.
— Chris Fearne (@chrisfearne) November 26, 2021