‘Prank Call’ Waqt Sibtek – Segwuh!

 ‘Prank Call’ Waqt Sibtek – Segwuh!

Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej huwa garanzija ta’ divertiment.

Din id-darba il-mistednin huma kollha ħbieb u għandhom xi esperjenza tad-daħq x’jaqsmu magħna.

Il-mistednin se jkunu Corazon Mizzi, Wayne Aquilina, Svetlana Muscat u Pawla Gafa.

Waħda minn dawn il-mistednin se tiltaqa’ ma’ persuna għal Blind date.

Sorpriża oħra waqt Sibtek li jmiss hija Prank Call li saret mit-tim ta’ Sibtek fuq xi ħadd minn dawn!!!

Hemm min ser jmur lura fiz-zmien permezz ta’ Sibtek li jmiss ukoll…ghax ahna ser nergaw inlaqqawh mal-passat tieghu permezz ta’ Storja ta’ Ritratt.

Se ssir ukoll ċajta tajba fuq xi ħadd mill-mistednin! Tgħid min minnhom?!

Il-mistednin, diversi ħbieb ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorprizi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar li jagħmel kumpanija lill-familja kollha għaliex waqt Sibtek tistenna minn kollox!

Ryan u Josmar se jżommulna kumpanija assoluta għal Sibt ieħor, mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, mela dan huwa programm li ma tistax titlef!

Ritratt: JJ Chircop Photography

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com