“Qażżistu D-Dinja Tgħidulna Li Se Tagħmlu Aħjar Jekk Tkunu Fil-Gvern”
Iċ-Chairperson tal-Istitut tat-terapija tal-familja, Charlie Azzopardi tenna: “Qażżistu d-dinja tgħidulna li se tagħmlu aħjar fil-futur jekk tkunu fil-gvern. Għamiltu 25 sena hemm u s-suwiċidju mhux fil-ħabs biss kien żdied, l-użu tad-drogi ġie 1000 darba, il-kriminalità bla kont u l-ħabs kien sar bejta ta’ trafikkar.”
Semma li ma jafx kemm inqatlu anjzani ġo darhom u li qatt ma ndirizzaw xejn bis-serjetà b’referenza għall-Oppożizzjoni.
Saħaq li min studja sew dwar is-suġġett tas-suwiċidju, jaf sew li l-kategorija tan-nies fil-ħabs hija waħda mill-aktar vulnerabbli għas-suwiċidiju fid-dinja kollha fejn anke l-irġiel, iżjed min-nisa.
“Jien li min-naħa jew oħra dejjem ħdimt man-nies fil-ħabs naf. M’ hemmx għalfejn tippolitiċizzaw is-suwiċidju wkoll issa. Ċert li tafu li tagħmlu aktar ħsara milli ġid meta tippolitiċizzaw din it-tema”, kompla jgħid Azzopardi filwaqt qal li ħadd mhu se jimpressjona ruħu bil-paroli vojt intenzjonat biss biex ikisser flok biex jibni.