Raġel Imfittex Mill-Pulizija B’Rabta Ma’ Investigazzjonijiet Relatati Ma’ Diversi Każijiet

 Raġel Imfittex Mill-Pulizija B’Rabta Ma’ Investigazzjonijiet Relatati Ma’ Diversi Każijiet

Il-Pulizija qed tfittex lil Kersten Camilleri, b’rabta ma’ investigazzjonijiet relatati ma’ diversi każijiet ta’ serq u ksur ta’ bail.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 7/2021.

Camilleri ta’ 31 sena f’April tal-2020 kien ġie mixli b’erba’ hold-ups, bil-pussess ta’ karozza misruqa u b’attentat ta’ serq ta’ vettura oħra. Huwa kien ġie akkużat ukoll b’diversi serqiet fuq persuni li jqassmu l-ikel, kif ukoll li ġarr sikkina miegħu mingħajr liċenzja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com